Lokali Sport

Il-Kap tal-PN Bernard Grech iżur l-atleti Neil Agius u Fabio Spiteri

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar l-atleti Neil Agius u Fabio Spiteri li flimkien ipparteċipaw f’għawma ta’ 12-il siegħa bl-għan li jiġbru fondi għall-għaqda mhux governattiva Inspire.

F’diin l-isfida għall-karità, l-atlet ipparteċipaw f’għawma biex jinġabru fondi għal għaqda li tipprovdi faċilitajiet għal familji u persuni b’diżabbiltà, fosthom lezzjonijiet tal-għawm.

Din l-isfida kienet miftuħa għas-sehem tal-pubbliku, bin-nies li pparteċipaw  jagħtu donazzjoni minima ta’ 10 ewro, bil-kumpaniji li jkunu qed jieħdu sehem bħala tim kienu mitluba li jagħtu donazzjoni minima ta’ 250 ewro. Id-distanza tal-għawm kienet dik ta’ 1000km.

Għall-attività li saret fil-Waterpolo Club tan-Neptunes. kien hemm preżenti wkoll mal-Kap tal-PN il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Eve Borg Bonello