Internazzjonali

Illum jibda l-ġuri tal-Eks President Amerikan Donald Trump

Għall-ewwel darba fl-Istorja tal-Istati Uniti, Eks President Amerikan ser jitressaq il-Qorti fuq allegazzjonijiet kriminali – li għalihom Donald Trump qed iwieġeb mhux ħati.  

Il-proċess fil-Qorti ta’ New York, li ser jibda bl-għażla tal-ġurija, huwa mistenni li jdum minn sitta sa tmien ġimgħat u ser jiffoka fuq ħlasijiet li Trump għamel lill-eks pornstar Stormy Daniels.

Trump qed jaffaċċja massimu ta’ erba’ snin ħabs jekk jinstab ħati, iżda jista’ jevita priġunerija billi minflok jiġi mmultat ammont sostanzjali ta’ flus.  

Donald Trump huwa l-kandidat tal-Partit Repubblikan tal-Istati Uniti, fl-elezzjoni li jmiss ta’ Novembru li ġej. Anke jekk jiġi kkundannat, skont il-liġi tal-Istati Uniti, Trump xorta jista’ jservi bħala President. Dan ifisser li l-Istati Uniti, għall-ewwel darba, tista’ tara kriminal ikkundannat iżomm il-Presidenza Amerikana.