Futbol Sport

Jodi Jones magħżul l-aqwa plejer tal-League two

L-attakkant laterali internazzjonali ta’ Malta Jodi Jones rebaħ l-unur tal-aqwa Plejer tal-istaġun tal-league two.  Jones ingħata dan l-unur il-Ħadd filgħaxija waqt is-serata annwali tal-EFL.

Il-plejer ta’ 26 sena qed ikollu staġun impekkabli fejn minn 40 partita huwa sab ix-xibka 5 darbiet u għamel 24 assist, l-iktar assists fil-kampjonat kollu.

It-tim ta’ Jones Notts County bħalissa jokkupa s-16-il post fil-klassifika.

Jones kien ukoll magħżul mal-aqwa 11 tal-League 2 għal din is-sena.