Lokali

Jumejn ta’ attivitajiet organizzati mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jorganizza jumejn ta’ attivitajiet nhar is-Sibt 27 ta’ April mil-10:00 sal-23:00, u nhar il-Ħadd 28 ta’ April mill-11:00 sas-18:00.

L-attivitajiet se jsiru fl-istazzjon tat-tifi tan-nar f’Ħal Far u l-pubbliku kollu huwa mistieden, inkluż it-tfal, hekk kif se jkun hemm attivitajiet speċjali għat-tfal.

Attivitajiet oħra jinkludu imitazzjoni tas-sitwazzjonijiet li jħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema tas-CPD bħal tifi tan-nar, kif ukoll operazzjonijiet delikati tas-salvataġġ, fost oħrajn.

Se jkun hemm ukoll static displays u band tkanta live. Il-pubbliku huwa mistieden jattendi hekk kif is-CPD dejjem tilqa’ magħha numru ta’ voluntiera, u dawn l-attivitajiet jistgħu jservu wkoll ta’ interess għat-tfal li jixtiequ jaħdmu f’dan id-dipartment meta jikbru.