Sport

Malta tirbaħ il-Kampjonat tal-Volleyball ta’ taħt it-18-il sena għall-Istati Żgħar tal-Ewropa


Suċċess għat-tim Nazzjonali Malti tal-Volleyball ta’ taħt it-18 il-sena hekk kif rebaħ il-Kampjonat tal-kategorija għall-Istati Żgħar tal-Ewropa fi ħdan il-Federazzjoni Ewropea tal-Volleyball, fil-kumpless tal-Isport tal-Kottonera. Malta rebħet liil-Iskozja 3 – 0

Sabiex wasal għal finali, it-tim Malti fl-ewwel partita kien għeleb lil Irlanda 3 – 0 . Partita li Malta ddominat għal kollox kif jindika wkoll ir-riżultat meta Malta rebħet 25 – 17 ; 25 – 13 u 25 – 13

Fis-semifinali t-tim Malti kien elimina  lil Irlanda ta’ Fuq 3 – 1 fejn wara li rebaħ l-ewwel set 25 – 7 tilef it-tieni wieħed 23 – 25, iżda rebaħ iż-żewġ sets ta’ wara 25 – 14 u 25 – 17.

Fil-finali, it-tim Malti għeleb lill-Iskozja fi tliet sets. Malta rebħet is-sets kollha 27 – 25 ; 25 – 18 u 25 – 20.