Futbol Sport

Palmer protagonista fir-rebħa ta’ Chelsea b’erba’ gowls

(Ritratt: EPA)

Rebħa kbira għal Chelsea fuq Everton hekk kif irritornaw għar-rebħ kontra Everton bl-iskor ta’ 6-0.
Cole Palmer kien protagonista fir-rebħa hekk kif skorja hat-trick fl-ewwel nofsiegħa logħob, kif ukoll kompla jimpressjona b’gowl ieħor fit-tieni taqsima.

L-ewwel gowl wasal wara 13-il minuta meta l-istilla Palmer sab ir-rokna t’isfel tax-xellug mis-suġġeriment ta’ Jackson, bl-internazzjonali Ingliż jiskorja t-tieni gowl 5 minuti wara.

Fid-29 minuta wasal it-tielet gowl tal-Blues u ta’ Palmer minn konklużjoni mill-isbaħ minn barra l-kaxxa.
Fl-44 minuta Nicholas Jackson kompla jżid l-iskor meta kompla ġewwa mill-kross ta’ Cucurella.

Fl-64 minuta l-istess Cole Palmer kompla jżid mal-iskor meta xeħet ġewwa minn penalty li wasa minn foul kommess minn Doucoure.

Fl-aħħar minuti tal-partit,a Nicholas Jackson skorja d-doppjeta personali ukoll, prestazzjoni sodisfaċenti għaż-żewġ plejers promittenti.

Is-Sibt
Newcastle v Tottenham 4-0
Nottingham v Wolves 2-2
Man.City v Luton T. 5-1
Burnley v Brighton 1-1
Brentford v Sheffield U. 2-0
Bournemouth v Man. Utd 2-2
Il-Ħadd
West Ham v Fulham 0-2
Liverpool v C.Palace 0-1
Arsenal v A.Villa 0-2
It-Tnejn
Chelsea v Everton 6-0