Lokali

Xhur sħaħ ta’ dranaġġ ħiereġ fil-Wied ta’ Birkirkara qalb ir-residenti

Issa għaddew ix-xhur mindu beda ħiereġ id-dranaġġ fil-Wied ta’ Birkirkara, bir-residenti ilhom dawn ix-xhur kollha jgħixu qalb “il-ħmieġ u l-mikrobi.”

Dan hekk kif matul dawn ix-xhur qed isir ix-xogħol li jidher li wassal għal problemi kbar b’riżultat għal dewmien kbir. Ix-xogħol jidher li qed isir biss mal-lejl sabiex ma tingħalaqx triq prinċipali matul il-jum.

Madanakollu, xhur wara, ir-residenti għadhom ma ngħatawx soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni.