Ewropa Lokali

21 sena ilu ġie ffirmat it-trattat biex pajjiżna jidħol fl-Unjoni Ewropea

Kien bħal-lum 21 sena ilu meta ġie ffirmat trattat biex pajjiżna jissieħeb fl-Unjoni Ewropea propju wara referendum li fih il-poplu għażel il-viżjoni li kellu l-Partit Nazzjonalista għal pajjiżna.

F’post fuq il-midja soċjali l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fakkar li ftit ġimgħat oħra pajjiżna għandu għażla fejn fiha se jkun qed jagħżel ir-rappreżentanti tiegħu għall-Parlament Ewropew. Huwa saħaq li b’żewġ membri Parlamentari Ewropew sar ħafna u bi tlieta jista’ jsir ħafna aktar.

Bernard Grech aċċenna fuq l-importanza sabiex fit-8 ta’ Ġunju li ġej kulħadd joħroġ jivvota.