Futbol Sport

‘Donnu xejn mhuwa qed jiġina tajjeb’ – Branko Nisevic, Hibernians

(Ritratt: Joseph Galea)

‘Donnu xejn mhuwa qed jiġina tajjeb’

  • Branko Nisevic, kowċ Hibernians FC

‘Ninsab diżappuntat bir-riżultat tal-logħba kontra Valletta imma kuntent bil-players’. L-ewwel kliem li lissen Branko Nisevic, kowċ ta’ Hibernians. Mistoqsija għaliex kuntent bil-players huwa qal dan: ‘Għax urew karattru u grinta hekk kif għal darbtejn konna minn taħt u kisbu l-gowl tad-draw f’logħba iebsa kontra tim li qed jagħmel minn kollox biex isalva.  Imma donnu din is-sena mhijiex is-sena tagħna fejn kważi xejn ma qed jiġina tajjeb. Mill-banda l-oħra rridu nibqgħu nissieltu sal-aħħar mument sabiex nippruvaw nakkwistaw ir-raba’ post minkejja li realistikament diffiċli.’

‘Nemmen li kien ħaqqna xi ħaġa aktar’

  • Juan Cruz Gill, kowċ Valletta FC

‘Din il-logħba bħal-logħbiet l-oħra li fadal, kienet finali oħra’. Dawn kienu l-ewwel kummenti li stqarr il-kowċ ta’ Valletta, Juan Cruz Gill, wara d-draw li l-Beltin kisbu kontra Hibernians. Huwa kompla hekk: ‘Il-players kien ħaqqhom xi ħaġa aktar minn din il-logħba. Meta tqis li konna darbtejn fil-vantaġġ fejn konna bi player anqas ukoll, nemmen li bi ftit ta’ fortuna oħra konna niksbu punti massimi. Irridu nkomplu nissieltu, dan huwa l-messaġġ tiegħi lill-players, diriġenti u partitarji. Inħarsu ‘l quddiem lejn il-logħba li jmiss sabiex nippruvaw niksbu rebħa biex nibqgħu nissieltu sal-aħħar.’

KLASSIFIKALPTI
Floriana2357
Ħamrun Spartans2355
Sliema Wanderers2343
Marsaxlokk2337
Hibernians2334
Birkirkara2333
Naxxar Lions2331
Balzan2330
Gżira United2329
Santa Lucia2326
Mosta2324
Valletta2321
Sirens *2312
Gudja United *236
*Relegati

L-AQWA SKORERSGOWLS
Luke Montebello (Ħamrun S.)20
Kemar Reid (Floriana)13
Yuri Messias (Santa Lucia)13
Uros Djuranovic (Ħamrun S.)11
Andrei Ciolacu (Birkirkara)10
Pablo Servo (Naxxar Lions)9
Sunday Akinbule (Marsaxlokk)8
Jurgen Degabriele (Hibernians)8
Willis Furtado (Floriana)8
Federico Falcone (Valletta)7
Giannis Bastianos (Hibernians)6
Gabriel Bohrer Metz (Gżira U.)6

Nazzjon Tim tal-Ġimgħa:

Goalkeeper: Darijan Zarkoc (Gżira United)

Difensuri: Mouro Cardoso (Naxxar), Juan Bolanos (Valletta), Ferdinando Apap (Hibernians), Gustavo Alcino (Sliema)

Midfielders: Brandon Paiber (Valletta), Roko Prsa (Ħamrun), Thaylor Aldama (Gżira United)

Attakkanti: Rodney Antwi (Hibernians), Willis Furtado (Floriana), Andrei Ciolacu (B’Kara)

LOGĦOB LI JMISS

Is-Sibt 20 ta’ April, 2024

Stadium Nazzjonali

2.00pm            Ħamrun S. vs Sta Lucia

4.15pm            M’Xlokk vs Floriana

Tony Bezzina Stadium

2.00pm            Gżira Utd. vs B’Kara

4.15pm            Sliema W. vs Naxxar L.

Il-Ħadd 21 ta’ April , 2024

Centenary Stadium

11.00am          Sirens vs Gudja Utd.

Tony Bezzina Stadium

2.00pm            Mosta vs Hibernians

4.15pm            Valletta vs Balzan