Lokali Parlament

Falliment fl-iżvilupp sostenibbli fis-setturi kollha

Ritratt: Matthew Tabone


Adrian Delia, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal fil-parlament li l-gvern falla fl-iżvilupp sosteniblbi fis-setturi kollha.


Adrian Delia qal li sitt snin ilu l-gvern qal li se jonfoq €700 miljuni fl-infrastruttura tat-toroq iżda ma ħasibx fil-ġenerazonijiet futuri partikolarment biż-żieda fil-karozzi.


Fit-traffiku ma kiex hemm żvilupp sostenibbli, sostna Adrian Delia, li tkellem ukoll dar il-ġustizzja u qal li n-nies tkejjel bil-mod tad-dewmien esaġerat biex issir ġustizzja. Fit-turiżmu l-kejl m’għandux ikun biss il-kwantità iżda l-kwalità, sostna d-deputat Nazzjonalista li qal li dan mhuwiex żvilupp sostenibbli.


Adrian Delia kompla li fl-edukazzjoni lanqas qed jagħti informazzjoni bażika fuq numru ta’ tfal fl-iskejjel u qal li fl-edukazzjoni l-kejl ta’ żvilupp sostenibbli hu l-kwalità tal-iskejjel mibnija u jekk il-kontenut tat-tagħlim hux qed ikun għodda għall-istudenti fil-futur.


Id-deputat Nazzjonalista appella it-tagħlim hu mibni fuq il-ħsieb u mhux bsis fuq l-istudji tat-tagħrif. Hu semma’ wkoll il-mudell ekonomiku ta’ Malta u qal li l-Prim Ministru reġa’ qed ifaħħar dan il-mudell ekonomiku mibni fuq l-importazzjoni tan-nies barranin. Adrian Delia qal li dan il-mudell qeda lill-pajjiż propju għaliex l-gvern ma ħoloqx setturi ekonomiċi ġodda. Hu semma’ l-problemi li t-tkabbir ta-popolazzjoni qed iġġib f’diversi setturi fosthom fl-edukazzjoni, fis-saħħa u fit-traffiku.


Adrian Delia qal li Malta għandha densità kbira ta’ popolazzjoni fejn hemm 1,600 persuna kull kilomteru kwadru; ħafna iktar minn pajjiżi oħra Ewropej. Jeħtieġ li l-pajjiż ikollu mudell ekonomiku li mhux ibbażat fuq it-tkabbir tal-popolazzjoni, sostna Adrian Delia, li semma’ wkoll l-agrikoltura u r-riżorsi u fl-2019, il-parlament kien iddikjara emerġenza nazzjonali tal-klima iżda l-gvern ma ħax il-passi neċessarji.


Adrian Delia kompla li tliet snin wara l-2019, il-gvern qed jagħmel diversi miri għall-2030 meta dan ir-rapport dwar l-iżvilupp sostenibbli hu sal-2022. Hu qal li minflok qed joħorġu l-offerti, qed siru ħafna direct orders. Dan minkejja dak li tispejika l-liġi dwar ċertu ammonti. Dan mhux mhux żvilupp sostenibbli fejn il-gvern moħħu biss biex jaqdi lil tal-qalba.


Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-kwlaità tal-arja u qal li mill-UE kollha tinsab it-tieni mill-aħħar fil-kwalità tal-arja. Hu sostna li l-miri kienu li sal-2020 Malta lanqas laħqet il-miri stabbiliti li hi għamlet; illum erba’ snin wara s-sitwazzjoni għadha l-istess. Adrian Delia qal li din is-sitwazzjoni qed iġġib problemi kbar ta’ mard respiratorju fost in-nies.


Hu tkellem dwar l-istorbju u qal li l-gvern mhu jagħmel xejn biex jissalvagwardjaw is-saħħa mentali tan-nies. Dwar l-imsaġar, Adrian Delia qal li f’40 sena m’hawx tkabbir ta’ msaġar ġodda u sostna li Project Green qed jinvesti iktar fil-konkos milli fis-siġar. Dwar il-widien hu qal li qed jitħawlu biss ftit arbuxelli u kkritika l-fatt li l-widien huma mimlija ħmieġ.


Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar is-saħħa u qal li ma nbnew ebda sptarijiet li suppost inbnew. Hu sostna li l-gvern falla fl-iżvilupp sostenibbli fis-saħħa.