Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ b’sodisfazzjon dak imħabbar mill-Ministru għas-Saħħa dwar rifużjoni fuq il-mediċini tal-IVF, hekk kif ifakkar li din kienet proposta tal-Partit Nazzjonalista waqt li l-Parlament kien qed jiddiskuti l-Liġi dwar l-IVF.
Il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi s-sagrifiċċji li jagħmlu ġenituri prospettivi u għalhekk, kien tenna li r-rifużjoni kellha tingħata wkoll lil dawk li jagħmlu l-proċess fi kliniċi privati.
Ix-Shadow Minister għas-Saħħa, Adrian Delia, qal illi dak li ħabbar il-Ministru JoEtienne Abela jġib fix-xejn kliem id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li dak iż-żmien, bħala Ministru tas-Saħħa, kien qal li din ir-rifużjoni diġà kienet tingħata. Madankollu, issa ħarġet il-verità li l-kritika ta’ Fearne ma kinitx veritiera.
//= $special ?>