Lokali

Il-Gvern Malti għandu jiddikjara li mhuwiex favur id-dħul tal-Abort

Il-Life Network Foundation u Doctors for Life kitbu formalment lill-Prim Ministru ta’ Malta sabiex il-Gvern Malti jagħmel dikjarazzjoni ċara li b’rispett sħiħ lejn il-prinċipju tas-sussidjarjetà u b’rispett lejn it-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Malta mal-Unjoni Ewropea tal-2004, fejn hemm riservat id-dritt li, jgħidu x’jgħidu t-Trattati, il-materja tal-abort tibqa’ dejjem kwestjoni li tiġi deċiża minn Malta u l-istituzzjonijiet tagħha u ħadd iżjed.

Il-Gvern Malti għan-nom ta’ pajjiżna għandu jiddikjara li mhuwiex favur id-dħul tal-Abort bħala dritt fil-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Unjoni Ewropea, wara r-Riżoluzzjoni reċenti dwar din il-materja, approvata mill-Parlament Ewropew.

B’hekk l-ommijiet u t-trabi fil-ġuf f’pajjiżna u s-sovranità tagħna jibqgħu jiġu mħarsa.