Lokali

Il-Ħadd jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista

Nhar il-Ħadd li ġej se jitlaqqa’ il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista hekk kif resqin dejjem aktar lejn l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kif ukoll tal-Parlament Ewropew.

Matul dan il-Kunsill Ġenerali se jkun hemm numru ta’ kelliema. Dan filwaqt li se tiġi diskussa l-ħidma tal-Partit Nazzjonalista matul din l-aħħar sena.

Il-Kunsill Ġenerali se jibda fl-10:00 ta’ filgħodu fid-Dar Ċentrali tal-PN.

F’kummenti lil Net News is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino tkellem dwar l-importanza ta’ dan il-Kunsill qabel il-vot tat-8 ta’ Ġunju li ġej.

Intant, eżatt wara li jgħaddi l-Kunsill Ġenerali, se tkompli tirranka l-ħidma tal-PN lejn l-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju. Fil-fatt, fit-28 ta’ April se jkun hemm maratona ġbir ta’ fondi…u tliet ijiem wara, fl-1 ta’ Mejju, titnieda uffiċjalment il-kampanja tal-Partit Nazzjonalista. Din il-kampanja se twassal biex jiġu eletti s-sitt siġġijiet ta’ Malta fil-Parlament Ewropew, u l-Kunsilli Lokali kollha ta’ pajjiżna.