Lokali Parlament

Il-Ministru Clayton Bartolo ma jweġibx dwar l-umbrelel u d-deckchairs f’Kemmuna; wisq spejjeż biex tinġabar l-informazzjoni!


Il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo naqas milli jwieġeb mistoqsija parlametnari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said dwar l-umbrelel u d-deckchairs f’Kemmuna għaliex skont hu, din taqbeż l-ispejjeż stabbiliti biex tinġabar l-informazzjoni.


Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika jgħid, sena b’sena, f’dawn l-aħħar ħdax-il sena, kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda minn operaturi u kemm ingħataw permessi ġewwa Malta, Għawdex u Kemmuna għal-liċenzja biex jikru umbrellel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet u kemm minn dawn ġew milqugħa jew inkella rifjutati.

Hu staqsa wkoll kemm fil-preżent hemm talbiet pendenti, kemm hemm operaturi li għandhom il-permessi ġewwa Malta, Għawdex u Kemmuna u fejn jinsabu għal-liċenzja biex jikru umbrellel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet?


Il-Ministru Clayton Bartolo wieġeb biss li biex tinġabar l-informazzjoni kollha mitluba, jinqabeż l-advisory cost kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentement.