Lokali Parlament

Il-poplu għandu jkollu d-dritt jisfida lill-gvern u lill-kunsilli lokali biex jiddefendi l-iżvilupp sostenibbli


Carm Mifsud Bonnici, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal fil-parlament li Il-poplu għandu jkollu d-dritt biex jisfida lill-gvern u lill-kunsilli lokali biex jiddefendi l-iżvilupp sostenibbli.


Carm Mifsud Bonnici qal li l-pajjiż għadu ferm ‘l bogħod minn dak li l-poplu qed jistenna fl-iżvilupp sostnibbli. Hu kompla li jeħtieġ li l-poplu għodod legali ġodda legali biex jintlaħqu l-miri.


Id-deputat Nazzjonalista sostna li issa m’għadux il-każ li kollox jiddependi fuq il-gvern u fuq l-awtorità ċentralizzata. Il-gvern għadu jopponi li jdaħħal id-dritt ta’ ċittadin li jagħmel kawża l-qorti biex hu stess jixpruna lill-gvern jixi ‘l quddiem. Din mhijiex id-demokrazija li jrid il-poplu; il-pajjiż mar lejn demokrazija li fiha jiddeċiedu ftit nies.


Carm Mifsud Bonnici qal li l-poplu għandu jingħata l-għodda wara li fl-aħħar snin il-poplu pprotesta kontra proġetti li kienu se jagħmlu ħsara lit-tessut eko-naturali ta’ lokalità. Għandu jkun hemm ukoll fond apposta li jgħin liċ-ċittadini biex jagħmlu dawn il-kawżi kontra persuni b’saħħithom.


Id-deputat Nazzjonalista qal li n-nies m’għandhomx mekkaniżmu effettivi biex jikkumbattu. Il-poplu ħaqqu jieħu id-demokrazija iktar f’idejh, sostna Carm Mifsud Bonnici, li qal li l-istrumenti effettivi biex ikunu reġistrati l-azzjonijiet neċessarji biex jingħaddew lill-poplu.


Carm Mifsud Bonnici qal li dan jgħodd kemm fuq il-gvern ċentrali kif ukoll fuq il-kunsilli lokali u sostna li hawn min qed jaqta’ qalbu li jieħu dawn il-passi. Id-deputat Nazzjonalista qal li għandu jkun hemm iktar kuxjenza biex l-ambjen naturali jkun ferm aħajr fil-futur.