Internazzjonali Kultura Lokali Turiżmu

L-innu tal-Karnival ta’ Malta fit-Tuneżija

Wara kważi 10 snin bla ma tiġi mistiedna banda Maltija għall-karnival fit-Tuneżija, din is-sena reġgħet ġiet mistiedna l-Big Friends Guggen Musik Malta AD 2008. Din hija l-aħħar banda li daqqet l-innu tal-karnival ta’ Malta ġewwa dan il pajjiż fis-sena 2015.

Din il-banda Maltija għal dan il-karnival mhux biss se ddoqq dan l-innu,mma wkoll diversi arnanġamenti ta’ mużika Maltija. Il-Big Friends Guggen Musik se tipparteċipa f’dawn l-attivitajiet  flimkien ma’ 25 Grupp ieħor li ġejjin min diversi pajjiżi minn madwar id-dinja.

Dawn jinkludu l-Italja, l-Ingliterra, l-Eġittu, is-Sirja, l-Alġerija, il-Polonja, l-Ungerija, is-Slovaklja, il-Kroazja, Franza u oħrajn. Dawn se jdoqqu f’Nabul, Hammamet u Jesmini Hammamet, u dan il-karnival se jsir bejn 16 u 25 t’April.

Għal din il-banda hija t-18-il safra li se tkun fir-rwol ta’ ambaxxatriċi mużikali ta’ pajjiżna wara  suċċess kbir li kellha fil-festival tal-baned Musik Parade fil-Ġermanja fl-ibliet ta’ Essen (Gruga halle); Munster (il-Halle Munsterland; u f’Cologne (fil-Lanxess Arena), kif ukoll fit-Tour Culturale e Musicicale tra le Isole li kien mifrux  ma’ sitt gżejjer Lipari, Salina, Panarea, Stromboli, Vulcano u Filicudi.

Marret ukoll Dubai għal ħames darbiet fis-snin 2008, 2009, 2010, 2016 u 2017, fejn hemm daqqet kull darba fis-seba’ Emirati, fil-Greċja fis-sena 2009, fit-Tuneżija fis-sena 2014 u 2015, u fi Sqalija għal tmien darbiet oħra.

ll-banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast tagħha Ian Sammut A.L.C.M., fejn ipprepara l-mużicisti tal- banda billi għamel  diversi arranġamenti mużikali kif ukoll kunċerti għal din l okkażjoni. Il-Banda għandha wkoll skola mużikali. Aktar informazzjoni fuq face book – big friends guggen musik 1st maltese guggen national band A.D. 2008.