Basketball Sport

Kampjonat Bank of Valletta Irġiel: Sigma Depiro jieħdu r-raba’ post tal-klassifika

(Ritratt: Stephen Christopher Vella)

Colin Schembri

Luxol…………………………………………….76

Mellieħa Libertas Spalding………….91

(22-21)(14-26)(16-18)(24-26)

Mellieħa Libertas Spalding kisbu rebħa oħra fit-triq tagħhom għall-play-offs meta għelbu lil Luxol 91-76. Din kienet ir-raba’ rebħa ta’ Mellieħa kontra Luxol minn daqstant partiti dan l-istaġun. Luxol issa tilfu wkoll lill-Belġjan Gael Hulson li ġie rilaxxat fil-waqt li Mellieħa kienu mingħajr David Bugeja li propju ftit siegħat qabel il-partita sar missier għall-ewwel darba u l-Amerikan Tederick Wolfe kien biss spettatur fuq il-bank. L-ewwel sessjoni kienet l-aktar waħda bilanċjata fejn wara lil Mellieħa marru 6-2 minn fuq, Luxol kellhom run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Nathan Xuereb. Mellieħa wieġbu bil-punti ta’ Eduardo Valdespina u Alex Peacock però Xuereb għamel trippla oħra biex ħalla lil Luxol minn fuq. Mellieħa ppareġġjaw wara punti minn Kwame Thompson però punti minn Adam Azzopardi u Sebastien Pace raw lil Luxol itemmu l-ewwel sessjoni 22-21 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Luxol żammew il-vantaġġ għal xi ħin wara trippla oħra ta’ Xuereb. Hawn però waslet l-ewwel run ta’ 18-4 minn Mellieħa li bdewha bi trippla ta’ Thompson u l-istess player Amerikan kellhu diversi punti flimkien ma’ Robert Bonnici u Isaac Bonett biex marru 10 minn fuq 41-31. Sa’ tmiem is-sessjoni kien hemm tlett baskets fuq kull naħa biex Mellieħa daħlu jistrieħu 47-36 minn fuq.

Wara l-intervall kien hemm trippla fuq kull naħa minn Thompson u Jean Paul Schembri bil-Luxol ikomplu b’sitt punti oħra biex naqqsu d-distakk għal 8 punti 47-55. Mellieħa rrispondew bi break ta’ 10-0 bil-punti ta’ Thompson, Bonett u Bonnici. L-aħħar punti tas-sessjoni ġew minn Luxol fi break qasir ta’ 7-0 għal skor ta’ 52-65. Fl-aħħar taqsima ż-żewġ timijiet qasmu 50 punt bejniethom fejn fost l-oħrajn kien hemm run ta’ 10-2 minn Mellieħa bi trippla ta’ Peacock. Għal Luxol kien hemm il-punti ta’ Marco Matijevic, Stefan Cappello u Adam Azzopardi. Mellieħa komplew bi trippli minn Bonett u Peacock bil-Luxol jagħlqu bil-punti ta’ Xuereb hekk kif Mellieħa ħarġu rebbieħa 91-76.

Luxol: M. Sciberras, S. Pace 4, I. Azzopardi, N. Jovanovic 5, A. Azzopardi 17, JP Schembri 6, N. Xuereb 28, P. Engelbert, M. Iloube, M. Matijevic 12, S. Cappello 4.

Mellieħa Libertas: T. Wolfe, R. Bonnici 17, I. Bonett 13, R. Carabott, A. Peacock 12, K. Thompson 41, E. Valdespina 5, C. Mercurio 3.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Nestor Rincon, Fanni Fabok

Hibernians………………….72

Sigma Depiro…………….84

(16-18)(17-24)(19-28)(20-14)

Depiro kisbu rebħa mportanti kontra Hibernians f’konfront dirett għar-raba’ post tal-klassifika li jfisser l-aħħar post disponibbli fil-play-offs. B’din ir-rebħa Depiro laħqu lil Hibs b’24 punt però bis-saħħa tal-konfront dirett qabżuhom fil-klassifika. Il-partita ħadet żvolta mportanti fit-tielet taqsima fejn Depiro fetħu l-akbar vantaġġ ta’ 21 punt u Hibs ma rnexxielhomx jirkuprawh. Kienu Hibs li għamlu l-ewwel żewġ baskets tal-partita minn Paul Attard u Keith Charleston u bid-Depiro jwieġbu permezz ta’ Sean Galea u Kameron Rooks. Sa’ nofs is-sessjoni Hibs fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti wara trippla ta’ Luke Farrugia però Depiro kellhom it-trippli minn Nenad Bukva u Andrew Aquilina biex irnexxielhom itemmu l-perjodu basket minn fuq 18-16. Hibs irkupraw fil-bidu tat-tieni sessjoni bil-punti ta’ Charleston però Depiro għamlu run oħra ta’ 12-2 bi trippli ta’ Miguel Mallia u Alfred Hollins biex kabbru l-vantaġġ għal 11 -il punt 34-23. Ir-risposta ta’ Hibs ġiet minn trippla ta’ Matthew Attard u baskets minn Ivan Demcesen però fl-aħħar nofs minuta kien hemm it-trippli ta’ Aquilina u Anton Axiaq biex Depiro daħlu jistrieħu 42-33 minn fuq.

Fit-tielet taqsima kien hemm il-bidu tajjeb ta’ Hibs li rahom inaqqsu d-distakk għal erba’ punti wara trippla oħra ta’ Attard. Depiro malajr irkupraw minn dan il-mument hekk kif għaqqdu break ieħor ta’ 14-3 fejn minbarra t-three pointers minn Aquilina u Brincat, kien hemm Cameron Cornelius li beda jippenetra d-difiża ta’ Hibs bid-drives soliti tiegħhu. Depiro għamlu 8 punti oħra mingħajr risposta biex temmew it-taqsima 70-52 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Hibs ippruvaw jirkupraw u għaqqdu break qasir ta’ 7-2 iżda Depiro ma damux biex irrispondew b’punti konsekuttivi minn Rooks u Hollins biex baqgħu fil-kontroll tal-partita. Sforz ieħor ta’ Hibs ġie b’żewġ trippli ta’ Charleston però kienu tard wisq għaliex Depiro għalqu l-aħħar minuta b’basket ta’ Bozovic u trippla ta’ Michael Debattista biex rebħu l-partita 84-72.

Hibernians: K. Charleston 36, P. Attard 2, B. Zammit, L. Attard, L. Farrugia 3, A. Axiaq 11, R. Aquilina, M. Attard 7, I. Demcesen 13, S. Simic.

SIGMA Depiro: S, Galea 2, N. Bozovic 5, A. Aquilina 12, N. Grech, A. Hollins 20, A. Micallef, K. Rooks 19, M. Brincat 5, M. Mallia 3, C. Cornelius 7, N. Bukva 8, M. Debattista 3.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Nicky Azzopardi

Athleta AtoZ Electronics……….75

Starlites JSD…………………………..83

(18-18)(22-20)(17-32)(18-13)

Kemm Athleta kif ukoll Starlites huma ċerti minn post fil-playoffs u offrew partita nteressanti u missielta. Starlites għadhom jiġru wara l-ewwel post tal-klassifika li jakkwistaw fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla hekk kif Mellieħa mhux se jkunu impenjati. Bħalissa Mellieħa jinsabu fl-ewwel post bi 30 punt u Starlites warajhom b’29 però b’partita anqas. Starlites irkupraw lill-Amerikan Christian Hinckson li tilef l-aħħar partita. Il-partita bdiet biż-żewġ timjiet jirrispondu lil xulxin għalkemm Starlites kellhom it-trippli ta’ Matthew Attard u Kurt James biex marru fuq quddiem. Athleta wkoll kellhom trippla minn Matthew Gouder hekk kif il-punti komplew ġejjin fuq iż-żewġ naħat bex l-ewwel sessjoni għalqet f’parita ta’ 18-18. Athleta fetħu tajjeb fit-tieni sessjoni meta fl-ewwel tlett minuti għamlu break qasir ta’ 7-1 fosthom trippla ta’ Francesco Mifsud Bonnici. Ir-risposta ta’ Starlites ma damitx biex waslet hekk kif huma għamlu run ta’ 11-0 bi three pointer minn Alex Felice Pace u baskets minn Louie Farrugia biex marru ħamsa minn fuq 30-25. Athleta kellhom it-trippli ta’ Malik Riddle u Juan Cefai biex reġgħu ħadu vantaġġ ta’ basket u minkejja l-punti ta’ Attard għal Starlites, il-vantaġġ baqa’ għand it-team tal-Athleta 40-38.

Wara l-intervall, għal darbtejn Athleta ħadu vantaġġ ta’ 4 punti grazzi għall-punti minn Piotr Stelmach, Andrej Bozanic u Riddle. Hawn Starlites kellhom run ta’ 8-0 segwitha minn żewġ trippli minn Felice Pace u Attard. Gouder u Riddle reġgħu irrispondew għall-Athleta. Starlites kellhom run oħra ta’ 14-4 b’Matthew Scerri jkollu trippla u żewġ baskets għal skor ta’ 70-57. Fl-aħħar sessjoni, wara bidu ieħor tajjeb minn Starlites, Athleta għamlu 8 punti mingħajr risposta biex sas-sitt minuta naqqsu d-distakk għal 10 punti 67-77. Fl-aħħar ħinijiet il-punti naqsu u Starlites setgħu jikkontrollaw minkejja żewġ trippli oħra ta’ Riddle u rebħu l-partita 83-75.

Athleta: K. Fabri, M. Riddle 25, F. Mifsud Bonnici 6, F. Mifsud Bonnici 6, N. Buhagiar 2, M. Gouder 15, L. Borg, E. Abela, P. Stelmach 18, T. Chatzimoysis, A. Bozanic 6, A. Garzia, J. Cefai 3.

Starlites JSD: A. Felice Pace 15, C. Hinkson 11, M. Attard 18, S. Aquilina, I. Felice Pace, M. Fabri, K. Fabri, M. Scerri 11, D. Craven 7, L. Farrugia 6, N. Sultana, K. James 15.

Referees: Bernard Vassallo, Fiorentina Ciurariu, Fanny Fabok.