Lokali

“Metsola champion tal-Ewropa u champion ta’ Malta”

Roberta Metsola hija “champion għall-Ewropa u champion għal Malta”.

Kliem il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Toly Products, Andy Gatesy, waqt żjara li għamlet il-President tal-Parlament Ewropew u MEP tal-Partit Nazzjonalista f’din il-fabbrika fiz-zona industrijali ta’ Bulebel.

Il-Kap Eżekuttiv tat-Toly qal li hu kburi ħafna li ċ-ċokon tal-pajjiż ma waqqafx milli Maltija rnexxielha tasal biex tmexxi l-Parlament Ewropew.

Il-kumpanija, li ilha Malta għal aktar minn 50 sena, tiffoka fuq prodotti kożmetiċi u tas-sbuħija. Il-President Metsola ltaqgħet mal-impjegati li jaħdmu fil-fabbrika f’Malta li tipproduċi aktar minn 300,000 prodott kuljum.

Matul iż-żjara tagħha, il-President Metsola faħħret lit-Toly Products għall-prattiċi ta’ sostenibbiltà fil-proċess tal-manifattura. Filwaqt li ddeskriviet lil Toly Products f’Malta bħala storja ta’ suċċess Ewropew, l-MEP Maltija qalet li s-Suq Uniku jipprovdi għajnuna lin-negozji Ewropej biex jidħlu fis-swieq globali.