Futbol Sport

PSG u Borussia Dotmund fis-semi finali b’rebħiet f’żewġ partiti spettakolari

Ritratti: EPA

PSG għamluha għas-semi finali tal-UEFA Champions League b’rebħa ta’ 4-1 fuq Barcelona, bi skor aggregate ta’ 6-4. Barcelona fetħu l-iskor minn Raphinhia fit-12-il minuta qabel tkeċċa għalihom Ronaldo Araujo. PSG ħadu vantaġġ mis-sitwazzjoni u kisbu d-draw mill-eks Ousmane Dembele. Fit-tieni taqsima PSG marru fil-vantaġġ fl-54 minn xutt mid-distanza ta’ Vitinha, fejn tkeċċa wkoll il-kowċ ta’ Barcelona Xavi Herandez. Mill-ħdax-il metru Kylian Mbappe għamlihom 3-1 qabel kien l-istess Mbappe li fl-aħħar sekondi tal-partita, minn kontraattakk veloċi għamilhom 4-1.

Borussia Dortmund ukoll għamluha għas-semi finali b’rebħa ta’ 4-2 bi skor aggregate ta’ 5-4. Huma ħadu vantaġġ doppju fl-34 u fid-39 minuta b’gowls minn Julian Brandt u Ian Maatsen rispettivament. Fit-tieni taqsima rimonta minn Atletico Madrid b’awto gowl ta’ Mats Hummels u gowl ta’ AngelCorrea jġibu l-iskor 2-2. Iżda fi tliet minuti Dortmund prattikament għalqu l-partita bit-tielet gowl jasal minn Niclas Fulkbrug fil-71 minuta, b’Marcel Sabitzer jiskorja ir-raba’ gowl tliet minuti wara.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Illum: Barcelona v PSG 1-4 (4-6), B. Dortmund v A.Madrid 4-2 (5-4)

Għada: Bayen M. v Arsenal 9.00pm, Man City v R.Madrid 9.00pm