Sport

Tinxtegħel il-fjamma Olimpika

Inqas minn tliet xhur u nofs qabel il-ftuħ tal-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024, il-fjamma Olimpika inxtegħlet f’Olympia tal-Qedem, fil-Greċja, biex tibda vjaġġ li se jeħodha mill-Akropoli għall-Polineżja Franċiża qabel tasal fil-kapitali Franċiża fis-26 ta’ Lulju.

L-avveniment kien miftuħ għall-pubbliku għall-ewwel darba mill-pandemija tal-Covid-19, li ġiegħlet il-Logħob tax-Xitwa ta’ Tokyo 2020 u Beijing 2022 biex isiru mingħajr spettaturi.

Madwar 600 dinjitarju attendew għaċ-ċerimonja tal-mixgħela tal-fjamma Olimpika. Id-delegazzjoni tmexxiet mill-President tal-Kumitat Olimpiku Grieg, Katerina Sakellaropoulou; u mill-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, Thomas Bach.

Ir-ritwali tal-mixegħla tat-torċa inkluda attriċi lebsin ta’ saċerdotessi antiki lu taw il-ħajja lill-fjamma Olimpika bl-għajnuna ta’ mera parabolika – proċedura magħrufa fil-Greċja tal-Qedem – f’Olympia sa mis-sena 776 QK.

L-aħħar Logħob Olimpiku tal-Qedem sar fis-sena 393 WK. Il-mezzo-sopran Amerikana Joyce DiDonato kantat l-innu Olimpiku fost il-fdalijiet tat-Tempju ta’ Hera li għandu 2,600 sena.

Fil-Logħob Olimpiku Modern it-torċa ntużat fl-edizzjoni ta’ Berlin fl-1936. Għal Parigi 2024 l-ewwel li ġarr it-torċa kien iċ-champion Grieg tal-qdif Olimpiku tal-2020, Stefanos Douskos . L-eks stilla Franċiża tal-għawm Laure Manaudou, champion Olimpiku f’Ateni 2004, kien l-ewwel li ġarr bit-torċa għad-delegazzjoni ta’ Pariġi 2024.

Matul il-ħdax-il jum li l-fjamma se taqsam it-territorju Grieg, madwar 600 persuna se jġorru l-fjamma Olimpika f’41 belt , li jkopru total ta’ 5,000 kilometru. Minn hemm jibda l-vjaġġ għal Pariġi 2024.