Lokali

Arrestati tliet persuni wara li allegatament daħlu f’residenza mingħajr permess fis-Swieqi

Tliet persuni ġew arrestati wara li allegatament daħlu fi propjetà privata mingħajr permess.

Kien propju t-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tal-10:00 meta sid ir-residenza li tinsab fi Triq is-Silla, Swieqi għamel rapport lill-Pulizija wara li lemaħ żewġt irġiel u mara jieħdu ritratti tar-residenza tiegħu. Dan apparti li s-sid qal ukoll li lemaħhom jidħlu fin-naħa ta’ wara tar-residenza kif ukoll bdew jittawlu fuq ġewwa tal-istess residenza.

Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li dawn it-tliet persuni dehru fuq filmati tas-sigurtà, li aktar qabel kienu daħlu fl-istess proprjetà u għalkemm ma nsteraq xejn, huma dehru jduru madwar il-post, sakemm telqu b’vettura ftit wara li sid id-dar innutahom.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija malli sar ir-rapport ħallew il-frott hekk kif dalgħodu, għall-ħabta tal-ħdax (1100hrs), it-tliet persun kkonċernati – ilkoll ta’ nazzjonalità Ungeriża – ġew identifikati u arrestati f’San Ġiljan.

Waqt li huma qegħdin jinżammu arrestati, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.