Lokali

Il-Maltin jemmnu li l-istandard of living se jonqos jew se jibqa’ kif inhu

Meta fadal ftit biss jiem biex il-poplu Malti u Għawdxi jingħaqad mal-Ewropej f’vot importanti tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej, kważi nofs il-Maltin qalu li l-istandard of living se jonqps matul is-sena li ġejja. Huma biss ftit tal-Maltin u l-Għawdxin li wieġbu li l-istandard of living se jitjieb.

Dan jirriżulta minn stħarriġ tal-Eurobarometer li sar fi Frar li għadda fil-pajjiżi kollha tal-UE, inkluż f’Malta. Dettalji dwar l-istħarriġ ingħataw mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropej Malti bis-sehem ukoll tal-protagonisti ta’ dan l-istħartriġ, il-MISCO, li f’Malta kienet responsabbli mill-istħarriġ.

Jirriżulta li huma biss 6 fil-mija tal-Ewropej li jemmnu li l-istandard of living hu aħjar. Is-sentiment negattiv dwar l-istandard of living hu prominenti f’disa’ pajjiżi. F’Malta, dan is-sentimen hu ta’ 46 fil-mija.

Lejlet dawn l-elezzjonijiet li l-elettorat Malta u Għawdxi se jivvota wkoll għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, jirriżulta wkoll li aktar ma’ persuna tikber fl-età, anqas huma ottimisti li s-sitwazzjonin tal-istandard of living se tiċċaqlaq minn kif inhi llum. Huma biss fl-età żgħira ta’ meta wieħed jivvota għall-ewwel darba li huma aktar ottimisti li s-sitwazzjoni tista’ titjieb.

Jirriżulta wkoll minn dan l-istħarriġ, li l-Maltin huma kuntenti aktar mill-medja Ewropea dwar is-sħubija ta’ pajjiżhom fl-UE u li Malta qed tikseb benefiċċji kbar minn din is-sħubija.

Jirriżulta wkoll li 53 fil-mija mhux sodsfatti bil-mod kif qed tkun imwettqa d-demokrazija.

B’rabta mal-elezzjonijet Ewropej ta’ Ġunju li ġej, anqas Maltin qed jgħidu li se jivvutaw għalkemm l-elettorat li se jivvota qed jiżdied u l-percentwal hu ogħla mill-UE.

L-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru tal-Parlament Ewropew qabel l-elezzjonijiet f’Ġunju jiżvela aktar għarfien dwar l-elezzjonijiet Ewropej fost iċ-ċittadini u tħassib dwar il-kuntest ġeopolitiku attwali.

Dan l-istħarriġ jiżvela fid-dettall l-interess fl-elezzjoni, l-għarfien dwar meta se ssir kif ukoll il-probabbiltà li wieħed jivvota qed jiżdiedu mill-aħħar stħarriġ fil-Ħarifa 2023, meta sar l-aħħar kejl. Iż-żidiet huma saħansitra aktar impressjonanti meta mqabbla mal-istħarriġ tar-Rebbiegħa 2019.

60% issa jgħidu li huma interessati li jivvutaw f’Ġunju. 71% jgħidu li huwa probabbli li se jivvutaw (7 sa 10 fuq skala minn 1–10).

Is-sejbiet jissuġġerixxu li ċ-ċittadini tal-UE huma konxji ħafna tal-importanza tal-elezzjonijiet fil-kuntest ġeopolitiku attwali, bi tmienja minn kull għaxra (81%) ta’ dawk li wieġbu jaqblu li dan jagħmel il-votazzjoni saħansitra aktar importanti. Maġġoranzi kbar fl-Istati Membri kollha japprovaw din id-dikjarazzjoni, inkluż f’Malta (81% wkoll).

Skont dan l-istudja, Malta hemm aktar interess fil-votazzjoni mill-medja tal-UE, bi 68% issa jgħidu li huma interessati li jivvutaw f’Ġunju, u 72% jgħidu li x’aktarx jivvutaw.

Meta kkummentat dwar ir-riżultati tal-istħarriġ, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet: “L-Ewropej huma konxji li r-riskji huma għoljin u li l-votazzjoni hija saħansitra aktar importanti fil-kuntest ġeopolitiku attwali. Nappella liċ-ċittadini biex jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin, biex isaħħu d-demokrazija Ewropea u biex isawru l-futur tal-Ewropa.”

Hekk kif qed tikkonkludi din il-leġiżlatura tal-Parlament Ewropej,  81% taċ-ċittadini tal-UE għandhom immaġni pożittiva jew newtrali tal-Parlament Ewropew, filwaqt li 18% biss għandhom immaġni negattiva. Barra minn hekk, maġġoranza fl-UE (56%) tixtieq li l-PE jkollu rwol aktar importanti, filwaqt li 28% biss jixtiequ jaraw l-oppost, u 10% iridu jżommu r-rwol tal-PE kif inhu bħalissa.

Fost il-Maltin, 90% għandhom immaġni pożittiva (48%) jew newtrali (42%) tal-Parlament Ewropew, filwaqt li 10% biss għandhom immaġni negattiva. 71% tar-rispondenti Maltin jixtiequ rwol aktar importanti għall-PE, 10% jixtiequ li dan ir-rwol jibqa’ l-istess, filwaqt li 15% jixtiequ rwol inqas importanti għall-PE.

Il-President Metsola żiedet: “Il-Parlament u l-Unjoni Ewropea kisbu riżultati mingħajr preċedent f’dawn l-aħħar snin. Konna kkonfrontati b’ċirkostanzi eċċezzjonali u diffiċli iżda ħriġna minnhom saħansitra aktar b’saħħitna u magħqudin. Il-Parlament kien u se jkompli jkun il-vuċi u l-avukat taċ-ċittadini fl-UE.”

Iċ-ċittadini Ewropej jixtiequ jaraw il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali (33%) kif ukoll appoġġ għas-saħħa pubblika (32%) bħala l-kwistjonijiet ewlenin diskussi matul il-kampanja elettorali. L-appoġġ għall-ekonomija u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, kif ukoll id-difiża u s-sigurtà tal-UE jinsabu fit-tielet post (b’31%). 

Għall-Maltin, il-migrazzjoni hija l-kwistjoni ewlenija għal 50%, bis-saħħa pubblika (41%) u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali (38%) jsegwu, filwaqt li l-azzjoni kontra t-tibdil fil-klima (33%) hija fir-raba’ post, u d-difiża u s-sigurtà tal-UE fil-ħames (31%). 

L-importanza li ċ-ċittadini jagħtu lid-difiża u s-sigurtà tal-UE żdiedet matul din il-leġiżlatura, b’mod partikolari fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Din issa tissemma’ bħala l-ewwel prijorità (jew l-ewwel prijorità konġunta) tal-kampanja elettorali f’disa’ pajjiżi, bl-ogħla riżultati fid-Danimarka (56%), il-Finlandja (55%) u l-Litwanja (53%).

Bl-istess mod, meta jħarsu lejn il-futur, iċ-ċittadini tal-UE qiegħdu d-difiża u s-sigurtà (37%) bħala l-ewwel prijorità fit-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-UE globalment, il-kwistjonijiet tal-enerġija u s-sigurtà tal-ikel/l-agrikoltura jsegwu (it-tnejn bi 30%).

Il-Maltin huma aktar imħassba dwar is-sigurtà tal-ikel u l-agrikoltura (37%) u l-azzjoni klimatika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet (32%). Flimkien fit-tielet post bħala l-prijoritajiet ewlenin fit-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-UE fid-dinja huma l-valuri tal-UE, il-kwistjonijiet tal-enerġija, u d-difiża u s-sigurtà (29% kull wieħed).

Filwaqt li erbgħa minn kull għaxar ċittadini jgħidu li r-rwol tal-UE sar aktar importanti matul dawn l-aħħar snin, 35% jaħsbu li din baqgħet l-istess u 22% li naqas. Fil-livell nazzjonali, il-maġġoranzi relattivi fi 15-il pajjiż jemmnu li r-rwol tal-UE fid-dinja sar aktar importanti matul is-snin, bi proporzjonijiet li laħqu s-67% fl-Iżvezja, 63% fil-Portugall u 60% fid-Danimarka. Sadanittant, iċ-ċittadini Sloveni u Ċeki huma l-aktar probabbli li jgħidu li r-rwol tal-UE sar inqas importanti (32% u 30%, rispettivament).

F’Malta, 52% jemmnu li r-rwol tal-UE sar aktar importanti fid-dinja, filwaqt li 35% jemmnu li baqa’ l-istess. Jirriżulta wkoll li 33 fil-mija taċ-ċittadini Ewropew jemmnu li l-elezzjonijiet ta’ Ġunju li ġej għandhom jagħtu importanza lill-ġlieda kontra l-faqar u esklużjoni soċjali; 32 fil-mija lis-saħħa pubblika u 31 fil-mija taċ-ċittadini Ewropej jemmnu li l-ekonomija tista’ tirpilja.

Kważi tliet kwarti taċ-ċittadini jgħidu li l-azzjonijiet tal-UE għandhom impatt fuq il-ħajja tagħhom ta’ kuljum, inkluż wieħed minn ħamsa (20%) li għalihom dawn l-azzjonijiet għandhom impatt kbir. Barra minn hekk, maġġoranza kbira tal-Ewropej jaqblu li pajjiżhom, kollox ma’ kollox, ibbenefika mis-sħubija fl-UE (71%). Dawn ir-riżultati huma stabbli meta mqabbla mal-Ħarifa tal-2023 u jkomplu jgawdu minn livelli għoljin madwar l-UE.

Maġġoranza kbira ta’ Maltin, 87%, jemmnu li l-UE għandha impatt fuq il-ħajja tagħhom ta’ kuljum, u 91% jemmnu li Malta gawdiet mis-sħubija fl-UE.