Lokali Qorti

Il-Qorti titlob lil-leġiżlatur biex jagħlaq lakuna legali li biha xi ħaddiema qed jiġu abbużati

Il-Qorti talbet lil-leġiżlatur f’Malta biex jagħlaq lakuna legali li qed tiġi abbużata minn min iħaddem, u li huma mingħajr skrupli, biex każijiet dwar nuqqas ta’ ħlas tal-pagi jiġu ddikjarati preskritti. Il-kwistjoni hija mifhuma li taffettwa mijiet ta’ każijiet, inklużi madwar 150 kawża mressqa minn eks impjegati tal-kumpanija Genesis Global, li hija kumpanija finanzjarja.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, f’seduta f’każ wieħed, li kien jinvolvi eks impjegati ta’ Genesis Global, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, iddettat nota verbali f’dawk il-kawżi kollha, fejn qalet li l-imputat ma kienx ġie innotifikat u li perijodu kien skada, li jfisser li l-każ issa kien preskritt u ma setax jitmexxa aktar.

Il-Qorti ordnat li kopja tan-noti verbali kollha li kienet iddettat f’kull każ fejn min iħaddem kien sfrutta lill-impjegati tiegħu billi ma ħallashomx, u li kellhom jiġu rtirati minħabba li skada l-perjodu preskrittiv ta’ sentejn, tintbagħat lill-Prim Ministru u l-Ministru għall-Intern u l-Impjiegi.

Il-liġi kif inhi kienet qed tintuża bħala għodda li tippermetti lil min iħaddem diżonest igawdu l-impunità talli ma jħallsux lill-ħaddiema tagħhom, li huwa reat kriminali.