Lokali Parlament

Jeħtieġ li kull żvilupp ikun sostenibbli għall-Maltin


Graziella Attard Previ, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ appellat biex kull żvilupp li jsir fil-pajjiż ikun wieħed sostenibbli għall-Maltin.


Graziella Attard Previ qalet li Malta għandha diversi problema marbuta man-nuqqas ta’ żvilupp sostenibbli u sostniet li minkejja l-wiegħdi kollha tal-PL, il-Gvern Laburista naqas bil-kbir f’dan ir-rigward. Jeħtieġ bilanċ bejn l-ambjent, l-iżvilupp ekonomiku u l-aspett soċjali.


Fl-aħħar snin il-gvern ta improtanza kbira wisq lill-iżvilupp ekonomiku li suppost wassal għal kwalità ta’ ħajja aħjar iżda meta dan ma jkuxn sostenibbli, jinħolqu diversi problemi. Dan wassal beix Malta spiċċat żona waħda ta’ bini kullimkien b’meded kbar ta’ art jinqerdu.


Il-problema tat-traffiku baqgħet ma ssolvietx bil-konswgenza li l-poplu sar inqas trankwill, sostneit id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li l-ispazji miftuħa qed isiru biss bil-konkos.


Graziella Attard Previ semmiet iż-żona ta’ tas-Sliema il-Gżira u s-Swieqi u qalet li mhux isiru proġetti ambjentali f’dawn i-lokalitajiet. Jeħtieġ li l-awtoritajiet jisimgħu lit-tfal u l-proposti tagħhom u lil-awtoritajiet jagħtu attenzjoni għall-patrimonju nazzjonali. Il-mudell ekonomiku li fassal dan il-gvern mhux qed isolvi l-problemi iżda qed ikabbarhom għax m’hemmx pjan.


Id-deputat Nazzjonalista kompliet li din il-problema qed tikkaġuna sfidi kbar fil-komunitajiet fejn b’mod ġenerali l-pajjiż qed jitlef it-trankwilità.