Knisja Lokali

Se jiġu ordnati tliet saċerdoti ġodda


Il-Knisja f’Malta se jkollha tliet saċerdoti ġodda nhar is-Sibt, 20 ta’ April 2024. L-Arċisqof Charles Scicluna se jordna saċerdoti li: Rev. Malcolm John Saliba mill-Parroċċa ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema f’Ħ’Attard, Rev. Karl Andrew Schembri mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija fil-Mellieħa, u Rev. Rob Rizzo SJ
mill-Kumpanija ta’ Ġesù.

Il-quddiesa se ssir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta fid-9:30am u se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook Malta. Bi tħejjija għall-ordinazzjoni presbiterali, is-Seminarju tal-Arċisqof u ċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju qed jistiednu lill-Insara biex jingħaqdu magħhom f’mument ta’ talb, għada l-Ħamis, 18 ta’ April, fis-7pm, fil-Bażilika ta’ San Pawl, fir-Rabat.

Il-Knisja tistieden liż-żgħażagħ biex jirriflettu u jwieġbu s-sejħa li jista’ jkollhom għal ħajja saċerdotali jew reliġjuża.

Iktar dettalji jinkisbu minn seminaryvocationscentre.mt.