Sewwieq ta’ mutur weġġàa’ gravi wara li ttajjar minn karozza fit-telgħa tas-Saqqajja, ir-Rabat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:15pm.
Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-vittma fejn wara li ngħata l-ewwel għajnuna, huwa ttieħed l-Isptar għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Kaġun tal-inċident, waħda mill-karreġjati ngħalqet għat-traffiku għal xi ħin. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>