Lokali

AĠĠORNATA: Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara li ttajjar fit-telgħa tas-Saqqajja

Ritratt: Martin Agius

Sewwieq ta’ mutur weġġàa’ gravi wara li ttajjar minn karozza fit-telgħa tas-Saqqajja, ir-Rabat.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:15pm.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-vittma fejn wara li ngħata l-ewwel għajnuna, huwa ttieħed l-Isptar għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Kaġun tal-inċident, waħda mill-karreġjati ngħalqet għat-traffiku għal xi ħin. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.