Sport Sport Ieħor

100 jum ‘l bogħod mill-ftuħ tal-Olimpjadi f’Pariġi

Ninsabu 100 jum il-bogħod mill-ftuħ tal-Olimpijadi f’Parigi.

Madankollu minn meta Pariġi fl-2017 rebħet il-kandidatura biex torganizza l-Logħob Olimpiku, , il-proġett għadda minn bosta bidliet mill-organizzaturi u l-awtoritajiet governattivi.

Fis-seba’ snin minn meta Pariġi rebħet id-dritt bosta wegħdiet ewlenin li saru mill- kumitat organizzattiv baqgħu ma twettqux . Bosta qed iħossu li l-prezzijiet tal-biljetti huma għoljin wisq , f’kontradizzjoni mas-slogan “Logħob tal-Poplu.” L-organizzaturi jgħidu li l-ispiża tal-biljetti titqabbel ma’ dik ta’ Londra 2012.

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024 fuq is-Seine kienet ippjanata għal 600,000 spettatur , inklużi 100,000 li jkunu xtraw biljett. Minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, l-attendenza ġiet limitata għal 222,000, u żammew 100,000 post tal-biljetti mħallsa .

Is-slogan tal-gvern Franċiż, ” Il-Logħob jiffinanzja l-Logħob ,” mhux se jitwettaq, minħabba l-involviment sinifikanti tal-finanzjament privat u l-fatt li d-diversi amministrazzjonijiet pubbliċi Franċiżi diġà allokaw fost inizjattivi oħra aktar minn 2.4 biljun ewro għall-infrastruttura, proġetti urbani u l-laboratorju kontra d-doping.

Issa li fadal 100 ġurnata għal Ftuħ.

Mill-mixgħela tat-torca Olimpika li saret f’Olimpia tal-Qedem jumejn ilu l-attenzjoni huwa dwar ir-rotta li se titwettaq sal-Ġimgha 26 ta’ Lulju bil-wasla f’Pariġi għat-33 Edizzjoni tal-Olimpijadi. Minn dakinhar jidħlu fl-azzjoni aktar minn 10,500 atleta li se jikkompetu fi 329 kompetizzjoni fi programm li jiġbor fiħ 32 dixxiplina sportiva.