Futbol Sport

Approvat mill-UEFA l-format il-ġdid tal-Malta Premier League

(Ritratt: Joseph Galea)

Il-UEFA ħabbret li l-format il-ġdid tal-Malta Premier League huwa regolat u aċċettat it-talbiet biex dan il-format jibda jintuża.

Dan ir-riżultat wasal wara diskussjonijiet bejn il-UEFA,  l-MFA u l-MPL li kienet assista mill-European Leagues. Din l-approvazzjoni ġiet wara li saru ċertu aġġornamenti fil-format. Dawn saru biex jiġu assigurati l-mertu sportiv, fejn fosthom se tiġi introdotta l-possibbiltà ta’ Play-off Final u Final Four skont il-klassifiċi tal-ewwel u l-aħħar rawnds.