Internazzjonali

“Huwa importanti li tgħaddi riżoluzzjoni anke jekk ma tiġix implimentata” – L-Ambaxxatriċi Vanessa Frazier

“Huwa importanti li tgħaddi riżoluzzjoni li ma tiġix implimentata”

F’Marzu li għadda, il-Kunsill tas-Sigurta’ adotta riżoluzzjoni għal waqfien mill-ġlied fil-Medda ta’ Gaza għaż-żmien tar-Ramadan. Waqfien mill-ġlied li ma kienx permanenti. Huwa għalhekk illi l-ġurnalisti preżenti fl-Istati Uniti, staqsew lill Frazier dwar ir-relevanza u l-effettività ta’ riżoluzzjoni bħal din. Hekk kif stqarret illi f’każ bħal dan, in-Nazzjonijiet Uniti jaf tidher li mhix b’saħħitha biżżejjed, dan minkejja li mhux minnu f’sitwazzjonijiet oħrajn.

L-Ambaxxatriċi Maltija spjegat illi riżoluzzjoni bħal din għandha tkun waħda li jimxu magħha l-istati membri kollha, bin-nuqqas li dan ikun jirriżulta f’konsegwenza f’każ li dan l-istat membru jidher quddiem il-Qorti Internazzjonali għal Ġustizzja tan-Nazzjonijiet Uniti. 

L-Ambaxxatriċi spjegat li fin-Nazzjonijiet Uniti hemm tliet mezzi kif il-Kunsill jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu. b’dawn ikunu riżoluzzjoni, stqarrija presidenzjali u stqarrija għall-istampa. Fejn kollha jridu jiġu adottati b’kunsens ta’ kull stat membru. Dan apparti r-riżoluzzjoni li wieħed jista’ jeżerċita veto għaliha, vot li l-ambaxxariċi spjegat li kważi dejjem jiġi influwenzat politikament. 

Intant, hija spjegat li wara riżoluzzjoni, il-pass li jmiss ikun dak li b’restrizzjonijiet oħra l-pajjiż li mhux jimxi mar-riżoluzzjoni jbati konsegwenzi altrnattivi. Iżda minħabba l-influwenza politika, il-maġġoranza tad-drabi dawn il-konsegwenzi, fosthom is-sanzjonijiet, ma jistgħux jiġu implimentati mill-Kunsill tas-Sigurtà minħabba li l-pajjiżi jeżerċitaw il-veto.

Vanessa Frazier spjegat ukoll li l-proċess li tagħmel riżoluzzjoni mhux dejjem ikun wieħed faċli, speċjalment fi gwerwer bħal dawn li sfaw vittmi ħafna tfal u familji, bl-Ambaxxatriċi tistqarr li l-membri stati kienu anke affettwati personalment. 

Hija insistiet li wara l-waqfien temporanju mill-ġlied, is-sitwazzjoni tkun agħar, għaliex il-Kunsill seta’ jara fiex sarrfet il-waqfa temporanja, inkluż f’ħelsien tal-ostaġġi.

Net News staqsa wkoll rigward it-tensjonijiet li komplew jeskalaw bejn Israel u l-Iran, bl-Ambaxxatriċi tistqarr li ma hemm l-ebda mod li l-Kunsill jista’ jwaqqaf lil Israel milli jirritalja, dan ħlief diplomatikament.

Kien hawnhekk li l-Ambaxxatriċi spjegat li, li kieku l-Kunsill tas-Sigurtà vvota unanimament favur stqarrija għall-istampa rigward il-kundanna totali għall-attakk fuq il-konsulat tal-Iran f’Damasku,kien jirriżulta fi prodott diplomatiku. Iżda l-istqarrija għall-istampa ma għaddietx minħabba veto. 

Intant, matul il-ġurnata tal-Ġimgħa, mistenni jittieħed vot mill-Kunsill tas-Sigurtà sabiex il-Palestina tkun tista’ tiġi rikonoxxuta bħala membru sħiħ tan-Nazzjonijiet Uniti, fejn Vanessa Frazier stqarret li Malta hija konsistenti fil-ħidma tagħha lejn il-Palestina.

L-indikazzjonijiet juru ii l-vot se jkun ta’ aktar minn 10 membri stati favur u veto mill-Istati Uniti.