Internazzjonali

Il-Ġermanja: Arrestati bħala allegati spjuni tar-Russja

Żewġ allegati spjuni spiċċaw arrestati fl-Istat ta’ Bavarja fuq suspett li huma kienu qed jippjanaw is-sabutaġġ fil-konfront tal-għajnuna militari li l-Ġermanja qed tgħaddi lill-Ukrajna.

Iż-żewġt irġiel, li għandhom ċittadinanza doppja, it-tnejn huma ta’ nisel Russu, bl-arresti jsiru fl-inħawi ta’ Bayreuth.

Qed jaħsbu wkoll li ż-żewġ suspettati kienu qed jissorveljaw il-faċilitajiet militari tal-Istati Uniti u siti oħrajn fil-Bavarja, bil-Ministru Ġermaniż għall-Intern, Nancy Faeser, issostni li l-awtoritajiet, fiċ-ċirkustanzi, anki evitaw ‘il-possibbiltà ta’ xi attakki bl-isplussivi’.