Sport

Il-Vittoriosa Lawn Tennis Club jiċċelebra l-50 sena

Il-Vittoriosa Lawn Tennis Club qed jiċċelebra l-50 sena mit-twaqqif tiegħu b’attivitajiet speċjali marbuta ma’ dan l-anniversarju.

Fil-fatt, sa mill-1974 il-Vittoriosa Lawn Tennis Club, dejjem kien dedikat li jippromwovi l-isport fi ħdan il-komunità tat- tennis lokali.

Matul din is-sena, fost attivitajiet oħrajn barra numru ta’ tournaments lokali ta’ kull xahar, se jkun organizzat logħob għal tfal ta’ kull età taħt il-15-il sena; ġurnata ta’ taħriġ għat-tfal ta’ skola primarja kliniċi tat-tennis għaż-żgħażagħ; donazzjoni tad-demm; u wirja dwar l-istorja tal-wirt fi ħdan il-klabb li tiġbor mumenti memorabbli minn ritratti tal-imgħoddi sa trofej ta’ kampjonati li minnhom infushom joħolqu vjaġġ ta’ nostalġija matul il-50 sena ta’ storja tat-tennis.

Huwa maħsub li ssir żjara ta’ kortesija lill-Eċċellenza tiegħha, l-President ta’ Malta fejn tkun ppreżentata għotja b’ risq il-Community Chest Fund.