Internazzjonali

L-Amerka tuża veto biex l-istat Palestinjan ma jkunx rikonoxxut bħala membru tan-Nazzjonijiet Uniti

12-il pajjiż favur, żewġ astenjonijiet u veto. Dan kien ir-riżultat tal-vot li ttieħed il-Ħamis, mill-Kunsill tas-Sigurtà, fil-kwartieri tan-Nazzjonijiet Uniti, fi New York, fl-Istati Uniti. Vot li kien se jsarraf f’abbozz sabiex riżoluzzjoni titressaq quddiem l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex il-Palestina tiġi rikonoxxuta bħala membru sħiħ ta’ din l-istituzzjoni. 

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti huwa magħmul minn ħames membri permanenti, li jkunu l-Istati Uniti, iċ-Ċina, Franza, r-Russja u r-Renju Unit flimkien ma’ għaxar stati membri li jiġu eletti kull sentejn – b’dawn tal-aħħar ma jgawdux il-veto. 

F’dan il-vot, kif mistenni minn ħafna, kienet l-Istati Uniti li eżerċitat il-veto, indikazzjoni ċara tal-alleanza li dan il-pajjiż għandu ma’ Iżrael. Kien hemm ukoll żewġ astensjonijiet, mill-Iżvizzera u r-Renju Unit – b’suspetti inizjali jkunu li l-Istati Uniti u Iżrael ipprovaw jikkonvinċu l-Franza, l-Iżvizzera, il-Japan, il-Korea ta’ Isfel u l-Ekwador sabiex jivvotaw kontra jew jastjenu mill-vot, b’dan kien isarraf f’vot invalidu għaliex jekk vot bħal dan ma jsarrafx f’mill-anqas 9 voti favur, il-vot jiġi null. 

Robert A. Wood, id-deputat rappreżentat permanenti tal-Istati Uniti fin-Nazzjonijiet Uniti, waqt il-vot kontra l-abbozz tar-riżoluzzjoni

Sabiex stat isir membru sħiħ tan-Nazzjonijiet Uniti, irid ikun jaqbel mal-kriterji indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà. 

Intant, l-applikazzjoni inizjali għas-sħubija sħiħa tal-Palestina fin-Nazzjonijiet Uniti tmur lura għat-23 ta’ Settembru tal-2011, bl-abbozz tar-riżoluzzjoni ma tiġix approvata. Din is-sena fit-2 April, ittra mibgħuta lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres, kienet tressaq applikazzjoni oħra f’dan l-istess rigward – bl-abbozz tar-riżoluzzjoni titressaq mill-Alġerija.

Il-vot għall-abbozz tal-2011, hu ta’ 9 voti favur, 41 astensjoni u 5 ikunu assenti. 

Malta qed tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà, bil-vot ta’ pajjiżna jkun favur l-abbozz imressaq mill-Alġerija.