Internazzjonali

Illum jittieħed vot sabiex il-Palestina tiġi rikonoxxuta bħala membru sħiħ tan-Nazzjonijiet Uniti

Aktar tard matul il-ġurnata, il-Kunsill tas-Sigruta’ se jkun qed jieħu vot sabiex il-Palestina tiġi rikonoxxuta bħala membru sħiħ tan-Nazzjonijiet Uniti.

Sa issa, il-Palestina mhix membru uffiċjali tan-Nazzjonijiet Uniti imma biss osservatur. Bl-applikazzjoni sabiex il-Palestina ssir membru sħiħ, trid tiġi kkunsidrata mill-Kunsill tas-Sigurta’, li mbagħad jgħaddiha lill-Assemblea Ġenerali ta’ 193 membru biex tadotta r-riżoluzzjoni għall-ammissjoni tal-Palestina fin-Nazzjonijiet Uniti.

Il-President Palestinian Mahmoud Abbas kien mexxa l-applikazzjoni inizijali lura fl-2011, bil-vot jirriżulta f’9 voti favur, 41 astensjonijiet, b’5 ikunu assenti.

Intant, il-vot indikazzjonijiet juru li l-vot tal-lum se jkun dak ta’ aktar minn 10 membri stati favur, bl-Istati Uniti teżerċita il-veto.