Lokali

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ sular u nofs minn sellum f’binja fl-Imdina

Anzjan ta’ 66 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum madwar sular u nofs.

L-inċident seħħ il-Ħamis filgħodu għall-ħabta tal-11:30 f’binja fi Triq Villegaigon, l-Imdina.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li anzjan ta’ 66 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien fuq sellum.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti fejn ftit tal-ħin wara ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għal kura medika.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.