Futbol Sport

Jispiċċaw ir-replays fl-FA Cup mill-istaġun li ġej

Mill-istaġun li ġej mhux se jibqa’ jkun hemm replays f’każ ta’ draw fil-logħbiet tal-FA Cup. Din id-deċiżjoni ittieħdet mill-FA wara diskussjonijiet mal-Premier League.

L-FA li torganizza din il-kompetizzjoni, qalet li dawn qed jinqatgħu minħabba li l-logħbiet fil-kompetizzjonijiet ewropej se jiżdiedu fl-istaġun li ġej.

Fl-aħħar snin ir-replayes kienu inqatgħu mill-fażi tal-aħħar sittax, iżda issa mill-istaġun li ġej dawn se jispiċċaw għal kollox. Din id-deċiżjoni ma ntlaqgħetx tajjeb mill-English Football League li torganizza l-kampjonati Challenge, League One u League Two.

Il-kompetizzjoni tal-FA Cup kienet sors ta’ introjtu għall-klabbs iż-żgħar speċjalment meta dawn ikollhom il-logħba fil-ground tagħhom kontra xi avversarju mill-ewwel postijiet tal-Premiership.

Din id-deċiżjoni ovvjament se tkun daqqa ta’ ħarta għal dawn il-klabbs li issa se jkunu qed jaraw it-tamiet tagħhom li jiksbu polza finanzjarjament favorevoli tonqos.