Lokali

Peter Agius ixejjen il-gideb tal-Ministru Silvio Schembri

Il-kandidat tal-PN għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew xejjen il-gideb li pprova joħroġ bihom Il-Ministru Laburista Silvio Schembri waqt il-programm ‘Popolin’ fuq l-istazzjon tal-Gvern..

Silvio Schembri gideb li l-PN irid iwaqqaf il-pensjonijiet. Peter Agius fakkar li kieku ma għamilx pressjoni l-PN, kieku kienet tibqa’ d-diskriminazzjoni fil-pensjonijiet li biha anzjani li twieldu qabel l-1962 jirċievu inqas mill-anzjani li twieldu wara l-1962. Peter Agius qal li għad baqa’ 80,000 anzjan li għadhom jistennew kif il-gvern ser iżid il-pensjoni biex jindirizza d-diskriminazzjoni.

Peter Agius giddeb ukoll liIl-Ministru Silvio Schembri fuq l-enerġija. Schembri qal li l-Partit Nazzjonalista huwa kontra s-sussidju tal-enerġija. Għal dan, Agius fakkru li l-PN mhux talli jrid prezzijiet tal-enerġija stabbli talli jrid iwaqqaf is-serq mit-tbażwir tal-kontijiet li ħoloq il-Gvern Laburista.

Peter Agius qal li l-Ministru Schembri mdorri fi-gideb kif għamel mar-residenti ta’ Ħal Farrug li flimkien ma’ Joseph Muscat, Konrad Mizzi u missieru bħala Sindku ta’ Ħal Luqa, kienu wegħduhom kumpens talli ser ikunu mibnija tankijiet li jaħżnu l-fuel u anke sa bagħtulom fuljett id-dar iżda wara ma żammewx kellmthom. “Għalhekk qed niddefendihom mal-Kummissjoni Ewropea. Lil-labour ma tistax tafdah.” qal Peter Agius.

Peter Agius żied li Schembri mhux biss jigdeb, iżda wkoll ma refax responsabbiltà ta’ għemilu għaliex minkejja dak li qalet l-inkjesta fuq il-mewt ta’ Jean Paul Sofia li sabet lill-gvern ħati, hu u sħabu tefgħu l-ħtija fuq ta’ taħthom u kollox baqa’ għaddej. Peter Agius qal li Silvio Schembri mhux f’pożizzjoni li jagħti lezzjonijiet lill-PN u lill-pajjiż.

Dwar l-għoli tal-ħajja, il-kandidat MEP Peter Agius qal li l-Maltin u l-Għawdxin qed jinqabdu f’morsa li ħoloq il-Gvern Laburista b’pagi staġnati u ikel dejjem jogħla. Peter Agius qal li l-pagi ma jiżdidux jekk il-gvern se jkompli jġib 34,000 barrani kull sena li jikkompetu fis-suq tax-xogħol mal-Maltin. Il-PN irid mudell ekonomiku ġdid ibbażat fuq setturi ta’ kwalità li joffru pagi tajbin.

Peter Agius qal t-trasport huwa fundamentali għax aħna gżira u prattikament ħafna affarijiet li nikkunsmaw jiġu minn barra, u allura l-gvern irid jara li l-ligijiet Ewropej tat-trasport ikunu tajbin għal pajjiżna u mhux jinjora l-bidliet li jsiru. “Il-gvern irid ikun attiv Brussell u mhux ikollna lil Alex Agius Saliba jmur jibki għand il-Kumissjoni Ewropea u jitlob investigazzjoni fuq l-importaturi Maltin. Trid taġixxi l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur flok gibtuha bla saħħa rridu nsaħħuha ħalli tieħu azzjoni jekk ikun hemm abbużi.” żied jgħid Peter Agius.

Hu appella biex il-gvern jieħu ħsieb il-prodott Malti u mhux jagħti lill-biedja bis-sieq. “Il-fondi jridu jmorru għand il-bdiewa u mhux imorru għand xi Minisitru Laburista biex jaghmel lukanda. Dan waqt li fl-istess waqt il-bdiewa mhux ilaħħqu mal-ispejjeż u jiġu esklużi minn fondi Ewropej”.