Futbol Sport

Real Madrid u Bayern Munich fis-semifinali

(Ritratt: EPA)

Real Madrid u Bayern Munich fis-semifinali

Lejla negattiva għall-klabbs Ingliżi hekk kif Arsenal u ċ-champions tal-Ewropa Manchester City kienu eliminati minn Bayern Munich u Real Madrid rispettivament.

Fl-Ettihad Stadium battalja oħra sportiva bejn Manchester City u Real Madrid li wara d-draw spettakolari ta’ 3-3 fl-ewwel leg, reġgħu temmew fi draw, din id-darba draw ta’ 1-1 wara taqtigħa mill-isbaħ ta’ 120 minuta.

Real Madrid fetħu kmieni l-iskor permezz ta’ Rodrygo wara 12-il minuta u minkejja l-attakki kontinwi tagħhom, Manchester City kellhom jistennew sa kwarta mit-tmiem biex kisbu l-goal tad-draw permezz ta’ De Bruyne.

Il-logħba marret għal ħin barrani fejn Manchester City baqgħu jattakkaw iżda d-difiża ta’ Real kienet insuperabbli u b’hekk il-kwalifikazzjoni kellha tkun deċiża bil-penalties fejn Real Madrid kienu iktar preċiżi u rebħu 4-3 biex għal darb’oħra għaddew għas-semifinali u temmew it-tamiet ta’ Man City għal treble oħra.

Modric falla l-ewwel penalty għal Real iżda wara skorjaw l-erbgħa l-oħra li ngħataw minn Bellingham, Lucas Vazquez, Nacho u Rudiger li skorja l-penalty finali.

Għal Manchester City skorjaw Alvarez, Foden u l-goalkeeper Ederson iżda fatali kienu l-iżbalja ta’ Bernardo Silva u Kovacic.

Fi Munich Bayern għelbu lil Arsenal 1-0 biex il-Ġermaniżi għaddew għas-semifinali b’aggregate ta’ 3-2.

Il-goal li ddetermina l-kwalifikazzjoni ta’ Bayern mal-aħħar erbgħa kien skorjat minn Kimmich b’daqqa ta’ ras stupenda fit-63 minuta.

Riżultati: UCL

Bayern v Arsenal    1-0

(Bayern 3-2 agg)

Man City v Real Madrid    1-1

(4-4 agg. Real 4-3 pen)

Il-Ħamis

Europa League

Roma v Milan 9pm

Atalanta v Liverpool 9pm

Marseille v Benfica 9pm

West Ham v Leverkusen 9pm

Conference League

Fiorentina v Plzen 6:45pm

Lille v Aston Villa 6:45pm

Fenerbahce v Olympiacos 9pm

PAOK v Brugge 9pm