Kunsilli Lokali Lokali

IS-SIGURTÀ FIS-SWIEQI: Il-Gvern għandu jagħti aktar riżorsi lill-forzi tal-ordni

Iil-Kunsill tas-Swieqi insista illi huwa ferm ta’ tħassib għar-residenti kollha tas-Swieqi li bħalissa hemm numru ta’ individwi suspettużi jduru fit-toroq tar-raħal tagħna, jieħdu ritratti ta’ bibien u twieqi ta’ residenzi, u jidħlu fi drive-ins u ġonna privati.

Fi stqarrija, il-Kunsill stqarr illi dan mhuwiex xi każ iżolat, għax dawn l-individwi ntlemħu mhux darba jduru t-toroq u josservaw il-moviment tar-residenti tagħna. Dan minbarra li l-Kunsill ġie mgħarraf bi break-ins u serq minn residenzi privati fl-aħħar ġimgħat.  

Il-Kunsill tas-Swieqi qed jitlob lill-Gvern Ċentrali biex b’mod immedjat jara li jagħti lill-forzi tal-ordni r-riżorsi tant meħtieġa sabiex tkun żgurata s-sigurtà tar-residenti.

“Mhux aċċettabbli li r-residenti tagħna jħossuhom imbeżżgħa f’darhom stess.”