Lokali

F’sentejn kellna 20 vittma fil-post tax-xogħol

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fil-Post tax-Xogħol (OHSA) irrappurtat 20 mewta fuq ix-xogħol fl-2022 u l-2023.

60 fil-mija tal-aċċidenti fatali li ġraw fl-aħħar sentejn kienu jinvolvu ċittadini Maltin. 55 fil-mija tal-imwiet kollha fuq ix-xogħol ġraw fil-qasam tal-kostruzzjoni.

Aktar minn 90 fil-mija tal-imwiet kollha kienu kkawżati minn korrimenti fir-ras. Dwar it-tip ta’ korrimenti li sofrew il-vittmi, matul l-2022 u l-2023, 18-il mewta fuq ix-xogħol involvew concussions u korrimenti interni.

L-imwiet kollha fuq ix-xogħol li ġraw fl-aħħar sentejn kienu jinvolvu rġiel. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-vittmi kellhom bejn il-25 u l-34 sena jew 55 sena jew aktar.