Lokali

Ħaddiem jinqabad bejn lifter u trakk

Raġel ta’ 44 sena residenti Birkirkara, għal xi 8:30am kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ fi Triq Clarens, f’Tal-Pietà.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-vittma nqabad bejn lifter u trakk. Jidher li huwa nqabad bejniethom meta allegatament kien qed jirranġa l-lifter.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.