Lokali

Iċċedi parti minn binja f’San Pawl il-Baħar

Parti minn binja li tinsab taħt kostruzzjoni fl-aħħar ħinijiet ċediet b’riżultat li blokok ta’ bricks inxterdu tul Triq San Pawl, f’San Pawl il-Baħar.

Fortunatament jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ għalkemm filmat li wasal għand Net News jidher karozza li kienet ipparkjata sofriet minn xi ħsarat kaġun ta’ dan l-inċident..

Jidher li sakemm ġie ppubblikat dan l-artiklu, il-Pulizija kienu għadhom mhumiex mgħarrfa dwar dan.