Il-gwerra illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna se tibqa’ l-ewwel prijorità fl-aġenda tal-OSCE.
Dan ħareġ ċar fil-laqgħa li saret il-Ġimgħa mill-Kunsill Permanenti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurta u l-Koperazzjoni fl-Ewropa – hekk kif Malta tinsab fiċ-ċentru ta’ sforzi sabiex jonqsu t-tensjonijiet fil-Lvant Nofsani.
L-irwol doppju ta’ Malta fi ħdan il-Kunsill tas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti u il-Kunsill Permanenti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurta u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, huwa punt ta’ vantaġġ għal pajjiżna u għal-koperazzjoni bejn l-Ewropa u n-Nazzjonijiet Uniti, hekk kif huma istituzzjonijiet ta’ infruzar għas-sigurta u l-paċi fix-xena kemm reġjonali imma anke internazzjonali.
L-OSCE, hija l-akbar organizzazzjoni reġjonali tas-sigurta fid-dinja, b’Malta tkun waħda mill-akbar forzi wara r-rikonoxximent ta’ dan l-istatus lura fl-1992.
Intant, fil-laqgħa li saret illum ħareġ ċar illi l-inċertezza fir-reġjun tal-OSCE tkun dik li tiddetta l-aġenda hekk kif l-istati membri huma mdawrin b’instabbiltà u inċertezza. Fejn tfakkar ukoll illi l-gwerra fl-Ukrajna hija għaddejja aktar minn sentejn, sitwazzjoni li qed jiddeterjora aktar ma jmur, bl-ordni internazzjonli tkun theddida għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Ian Borg, fil-kapaċità ta’ President tal-OSCE jistqarr li dawn is-sitwazzjonijiet huma l-forza sabiex l-istati membri jibqgħu jimpenjaw ruħhom b’mod sostenibbli. Fejn stqarr ukoll illi l-kliem mhux biżejjed.
Intant, il-Presidenza Maltija qed taħdem sabiex tinġieb stabbiltà – bil-għan li terġa’ tinbena fiduċja fis-sistema internazzjonali.
//= $special ?>