Lokali

Inizjattiva ta’ ġurnata b’diversi attivitajiet sportivi b’risq iċ-ċkejkna Kate

Sports4Kate b’kollaborazzjoni ma’ SportsMalta, qed jorganizzaw inizjattiva ta’ ġurnata mimlija attivitajiet u sports għall-etajiet kollha b’risq iċ-ċkejkna Kayte biex tkun tista’ tattendi diversi trattamenti u terapiji barra minn xtutna fix-xhur li ġejjin, kif ukoll tgħin fir-riċerka tal-kundizzjoni tagħha biex tinstab kura. L-attività orgnizzata minn tim ta’ voluntiera se tkun nhar il-Ħadd, 5 ta’ Mejju
It-tim ta’ voluntiera jinkludi coaches fil-qasam tal-isports biex jgħinu liċ-ċkejkna Kate matul il-vjaġġ tagħha biex tikseb iktar saħħa fil-muskoli u tkun tista’ tilħaq il-milestones tal-ħajja u tgħix ħajja indipendenti kemm tista’.
Kate hija tifla ferriħija ta’ 5 snin li tbati minn kundizzjoni rari msejħa Tatton Brown Rahman
Syndrome. Kate wara ġurnata skola jkollha madwar erba’ sigħat ta’ terapiji kuljum jistennewha u
għalkemm tbati, xorta taraha dejjem bi tbissima. B’din l-attività Kate se tkun tista’ tattendi diversi
trattamenti u terapiji barra minn xtutna fix-xhur li ġejjin, kif ukoll tgħin fir-riċerka tal-kundizzjoni
tagħha biex tinstab kura.
Sports4Kate ħa tkun imqassma fuq ġurnata li ħa sseħħ fil-5 ta’ Mejju bejn id-9 ta’ filgħodu u l-5 ta’
waranofsinhar fil-Marsa Sports Complex. Kull min jattendi jista’ jara, jitgħallem u kif ukoll jipparteċipa
f’diversi sports li ha jkunu qed jesebixxu.

Fosthom se jkun hemm Boxing, Long Jump, Bounce Fitness, Yoga, Volleyball, Pilates, Running, Tabata, it Training, Level UP Challenges, Obstacle Courses u Shot Put. Se jkun hemm ukoll tournaments u friendly matches li ħa jkunu għaddejjin fl-istess ħin fosthom tal-football, darts u volleyball. Barra minn hekk se jkun hemm għaddej league tal-Baseball u ieħor tar-Rugby matul din l-attività.
Kull sezzjoni ta’ sport ha tkun miftuħa ghal kull età. Ejja – Ara – Tgħallem – Prattika.
B’din l-attività se jkunu qegħdin jippromovu l-bżonn tal-isports u l-ezerċizzju fil-ħajja ta’ kuljum u
apparti kulmin jiġi ħa jkun qed jgħin liċ-ċkejkna Kate, ħa jkollu l-opportunità biex jara u jipprattika
diversi sports f’post wieħed u jigi mħeġġeġ biex jibqa’ jattendi wieħed minnhom.
Apparti l-isports, se jkun hemm ukoll logħob imqassam madwar il-grounds fejn wieħed jista’ jipparteċipa
u jieħu gost waqt tug of war, Hoop Shot u Football Kick dart fost oħrajn.
Se jkun hemm ukoll sezzjoni għat-tfal li tinkludi face painting, bouncy castle, magic shows, bubble
shows, Mascots Characters.
Diversi kantanti stabbiliti ħa jingħaqdu biex iwasslu ġurnata mill-isbaħ ta’ divertiment u
kant, imma dan mhux biss. F’parti oħra tal-grounds se jkun hemm live DJs idoqqu u jakkumpanjaw
diversi sezzjonijiet ta’ sports u fitness.
Biljetti jistgħu jinxtraw mis-sit ticketmonti jew agħfsu fuq Sports4Kate Tickets (ticketmonti.com)
Aktar dettalji fuq il-paġna ta’ facebook Sports4Kate jew ibagħtu email fuq kateferriggi@gmail.com