Sport

It-tieni suċċess għal Bormla Subbuteo Club f’inqas minn ġimgħa

Bormla Subbuteo Club, in-numru 3 tar-rankings mondjali, waslu sal-finali tal-Grand Prix ta’ Mallorca meta lagħbu kontra Tiburones ta’ Spanja.

Fil-grupp rebħu kontra Dragones ta’ Spanja u Elstow Uk 3-0, fil-kwartifinal, rebħu 3-1 kontra Eugies tal-Belġjum, fis-semifinali 3-1 kontra Murcia biex fil-finali Bormla kienu l-ħin kollu 2-1 minn fuq fejn minuta mit-tmiem il-logħba daret għal telfa ta’ 1-2. Għal Bormla, dan huwa t-tieni podjum f’inqas minn ġimgħa wara r-rebħa tal-Awstrija. It-tim kien kompost mill-captain Jason Pisani, George Ebejer, il-Belġjan BessimGolger, l-Awstrijak David Busch Mauro u Josef Camilleri.

Fl-avvenimenti individwali tas-Sibt, il-plejers ta’ Bormla naqxu isimhom bil-kbir. Bessim Golger rebaħ il-kategorija Open b u, George Ebejer wasal sas-semifinali.  Fil-veterani, Jason Pisani wasal sas-semifinali  u fil-kategorija nisa, Katharina W.Busch waslet sat-tilet post.

Il-kompetizjoni li jmiss għal Bormla sc hija l-Mtfsa Grand Prix ta’ Malta fl-aħħar  weekend ta’ April. 

Bormla subbuteo club jirringrazzja lil VisitMalta, SportMalta, Fondazzjoni Kottonera, Mykonos by Yiamas, Euroclub Hotel, Ejcs u Bormla Dynamos għall-għajnuna meħtiega.

Il-ġimgħa d-dieħla t-tim se jkun qed jikkompeti f’Mallorca, Spanja, u fil-Grand Prix ta’ Malta Mtfsa fl-aħħar ġimgħa ta’ April.