Lokali

Jaħarbu mill-post b’ammont ta’ flus kontanti wara serqa armata minn ħanut f’Marsaskala

Illum, għall-ħabta tas-6:15am seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Kavallieri ta’ Malta, f’Marsaskala.

Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ li sar jidher li żewġt irġiel, allegatament armati b’sikkina, daħlu fil-ħanut u serqu ammont ta’ flus kontanti. Il-ħallelin wara ħarbu minn fuq il-post.

Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għaż-żewġt irġiel.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Philip Galea Farruġia li fetaħ inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.