Futbol Sport

Juventus idawru żvantaġġ ta’ żewġ gowls fi draw kontra Cagliari

(Ritratt: EPA)

Cagliari komplew il-forma tajba tagħhom meta temmew fi draw ta’ 2-2 kontra Juventus, li fl-aħħar 5 logħbiet irnexxielhom jiksbu biss 6 punti. Il-Bianconeri rnexxielhom idawru l-iskor fit-tieni taqsima, madankollu b’mod diżappuntanti ma sabux il-gowl tar-rebħa.

Żewġ penalties għat-tim ta’ Ranieri fl-ewwel tlett kwarti, bl-ewwel wieħed skorjat minn Gaetano Oristiano wara nofsiegha logħob, segwit minn penalty ieħor 6 minuti wara mill-eks Barcelona Yeri Mina.
Dusan Vlahovic skorja s-17-il gowl staġjonali minn freekick fit-62 minuta biex naqqas il-marġini, bil-gowl tad-draw jasal fis-87 minuta auto-gowl ta’ Dossena.

Lazio rebħu l-konfront tagħhom bl-iskor minimu ta’ 1-0 fuq Genoa.
Il-gowl ta’ Luis Alebrto fis-67 minuta ddeċieda l-partita.

Illum
Genoa v Lazio 0-1
Cagliari v Juventus 2-2
Għada
Empoli v Napoli 6:00pm
Verona v Udinese 8:45pm
Għada
Sassuolo v Lecce 12:30pm
Torino v Frosinone 3:00pm
Salernitana v Fiorentina 6 :00pm
Monza v Atalanta 8:45pm
Il-Ħadd
Roma v Bologna 6:30pm
Milan v Inter 8:45pm