Futbol Sport

Penalty ta’ Salah mhux biżżejjed għal Liverpool kontra Atalanta

(Ritratt: EPA)

Milan u Liverpool ma dawwrux ir-riżultati negattivi tal-ewwel legs u b’hekk kienu eliminati.

Milan minkejja li lagħbu għal siegħa bi plejer iktar kienu megħluba 2-1 fl-Olimpico minn Roma.

Roma skorjaw darbtejn fl-ewwel minuti permezz ta’ Mancini u Dybala u minkejja li tkeċċa Celik fil-31 minuta, Milan ma salvawx il-logħba u kien biss fis-86 minuta li naqqsu l-iskor permezz ta’ Gabbia.

F’Bergamo Liverpool riedu jirkupraw minn telfa ta’ 3-0 f’Anfield iżda rebħu biss 1-0 biex Atalanta għaddew b’aggregate ta’ 3-1.

Liverpool kjellhom bidu tajjeb u skorjaw wara biss 7 minuti permezz ta’ penalty skorjat minn Salah.

Bayer Leverkusen baqgħu mingħajr u kisbu draw ta’ 1-1 għand West Ham biex ikkwalifikaw

Fil-Conference League Fiorentina kellhom bżonn il-ħin barrani biex ikkwalifikaw, filwaqt li Aston Villa kellhom bżonn ukoll l-għoti tal-penalties biex eliminaw lil Lille.

Fiorentina skorjaw darbtejn fil-ħin barrani kontra Plzen li kellhom lil Cadu mkeċċi fis-66 minuta.

Il-goals ta’ Fiorentina kienu skorjati minn Gonzalez u Biraghi.Riżultati

Europa League

Roma v Milan                 2-1

(Roma 3-1 agg)

Atalanta v Liverpool    0-1

(Atalanta 3-1 agg)

Marseille v Benfica    1-0

(Agg 2-2. Marseille 4-2 pen)

West Ham v Leverkusen   1-1

(Leverkusen 3-1 agg)

Conference League

Fiorentina v Plzen     2-0

(Fiorentina agg 2-0)

Lille v Aston Villa     2-1

(Agg 3-3. Villa 4-3 pen)

Fenerbahce v Olympiacos  1-0

(Agg 3-3. Olymp. 3-2 pen)

PAOK v Brugge    0-2

(Brugge 3-0 agg)