Internazzjonali

Pittura misruqa ta’ Salvator Rosa tinstab fir-Rumanija

Xogħol tal-arti tas-seklu 17, impittra minn Salvator Rosa u li kienet misruqa mill-Gallerija tal-Arti ta’ Christ Church tal-Università ta’ Oxford fl-2020, instabet fir-Rumanija. Magħha kienu nsterqu wkoll żewġ pitturi oħra ta’ valur, iżda dawn għadhom nieqsa.  

Il-heist kien orkestrat minn tal-inqas tliet ħallelin, li użaw sellum biex ħarbu minn ġos-saqaf tal-gallerija. Ix-xogħlijiet tal-arti misruqa, b’valur kollettiv ta’ £10 miljun, jinkludu biċċiet ta’ Sir Anthony van Dyck u Annibale Carracci.

Filwaqt li l-Pulizija Rumena rkuprat pittura waħda, l-isforzi għadhom fis-seħħ sabiex permezz tal-evidenza forensika u l-kooperazzjoni internazzjonali, jinstabu t-tnejn li fadal.