Fortunatament ħadd ma weġġa’ wara li siġra tqaċtet bir-riħ u spiċċat f’nofs ta’ triq fin-Naxxar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:45 pm fi Triq Vjal il-Labour.
Fil-post inħoloq it-traffiku, bil-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fil-post biex jassistu.
Is-sewwieqa u n-nies qed jintalbu li jipproċedu b’attenzjoni kbira hekk kif dan l-inċident wassal anke biex it-traffic lights iġarbu ħsarat kbar.
It-twissijiet ta’ riħ qawwi mill-Uffiċċju Meteoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jibqgħu fis-seħħ sal-10 pm fejn ir-riħ se jibqa’ jonfoħ b’qawwa ta’ forza 7 mill-Punent Majjistru.
//= $special ?>